In-nazzjon Malti jixraqlu aktar u aħjar mill-Gvern u mill-Parlament – Joint NGO Press Release (MT)

It has been said that good governance is the process whereby public institutions conduct public affairs, manage public resources and guarantee the realisation of human rights in a manner essentially free of abuse and corruption, and with due regard for the rule of law.

The key question is: are the institutions of governance effectively guaranteeing the right to health, adequate housing, sufficient food, quality education, fair justice and personal security?

United Nations Office of the High Commissioner for Human Rights,

Good Governance and Human Rights

Il-kriżi nazzjonali li Malta qed taffaċċja llum hija r-riżultat ovvju u dirett ta’ serje ta’ movimenti maħsuba li, tul iż-żmien, ħadmu kontra l-elementi fundamentali tad-demokrazija u tal-istat ta’ dritt (rule of law). Gvernijiet u l-Parlamenti Maltin, wieħed wara l-ieħor, żammew u saħħew strutturi ta’ poter bl-għan ewlieni li jippreżervaw lilhom infushom filwaqt li jtaffu s-separazzjoni bejn il-fergħat leġislattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-gvern: separazzjoni li demokrazija tant teħtieġ sabiex tibqa’ b’saħħitha, inklussiva u sostenibbli.

Fl-aħħar mill-aħħar, huwa n-nazzjon Malti li jġarrab il-ħsara: il-poplu – partikolarment dawk l-aktar vunnerabbli, l-ambjent, l-industrija, il-wirt kulturali, is-soċjetà ċivili, l-ideoloġija u l-ġustizzja. Dan kollu fost ħafna inkoraġġiment pubbliku u ċapċip.

Bħala għaqdiet non-governattivi u indipendenti, mingħajr obbliġu lejn ebda partit politiku Malti, il-missjoni tal-fundazzjoni aditus, il-Fundazzjoni Integra u l-Critical Institute hija li nippromwovu l-ogħla livelli possibbli tad-drittijiet umani, rispett u protezzjoni lil kull persuna f’Malta. Għalkemm ġa sar ħafna progress, nibqgħu imħassba dwar żewġ kundizzjonijiet istituzzjonaliżżati, li jekk ma jiġux ikkontrollati, mhux biss ser joħonqu lil Malta milli tilħaq il-potenzjali sħiħ tagħha bħala nazzjon, imma ser irawmu aktar faqar, sfiduċja u livell ikrah ta’ mibgħeda fil-kommunità.

L-ewwel nett, l-istituzzjonijiet ta’ governanza qed ifallu milli jwettqu d-doveri tagħhom li jipprevjenu u jindirizzaw abużi ta’ poter fl-oqsma amministrattivi u politiċi. Hija ħaġa ta’ mistħija li entitatjiet afdati mill-poplu bil-ġustizzja, s-sewwa, l-effiċjenza u l-proċess demokratiku – jiġifieri s-servizz pubbliku, il-ġudikatura, it-tribunali amministrattivi, il-pulizija, il-forzi armati u l-aġenziji statali – jiġu konsistentement użati bħala estensjoni tal-partiti politiċi jew bħala aġenziji ta’ reklutaġġ.

Kompetenza, esperjenza u abbiltà huma pjuttost irrelevanti meta mqabbla mal-preferenza tal-vot, kuntatti familjari u ħbiberiji personali. Dawn il-ħatriet, ibbażati sfaċċatament fuq favoritiżmi, jiċħdu l-aċċess għal sistema ġudizzjarja effettiva, għall-protezzjoni mill-aġenziji li jinfurzaw il-liġi u għal sevizz publikku effiċjenti.

Imneżża’ minn kull rwol ta’ monitoraġġ u indipendenza, l-istituzzjonijiet tagħna faċilment jingħelbu minn-ministri u membri parlamentari li jirrifjutaw li jirriżenjaw meta affaċjati b’allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni, favoritiżmu, frodi u forom oħra ta’ kondotta politika ħażina.

It-tieni, l-istituzjonijiet edukattivi Maltin fallew milli joħolqu poplu inkwiżittiv, li jistenna aħjar mill-ministri u l-membri parlamentari tiegħu, li għandu sens tal-ġid komuni, u li ma jaċċettax l-impunitá.  Il-valuri li jimmarkaw demokrazija ta’ suċċess – ħsieb kritiku, ċittadinanza attiva, tagħlim u fehema reċiproka, responsabbiltà soċjali, għaqda fil-kommunità u drittijiet umani – ilhom nieqsa mill-kurrikula u metodoloġiji fl-iskejjel, kulleġġi, u universitá.

Dan in-nuqqas wassal għal tnaqqis serju f’dak illi l-pajjiż jistenni mid-demokrazija, filwaqt li wegħdiet elettorali rresponsabbli imma li jgħammxu l-għajnejn ħadu post l-impenn fit-tul li l-uniku skop tiegħu hu li jtejjeb in-nazzjon u l-ġid komuni.

Filwaqt li aħna konxji li probbabilment dan il-messaġġ, kuntrarju tal-ħsieb u x-xewqat tagħna, ser jinqara’ min lenti ħamra, blu, oranġjo jew ħadra, jew jiġi interpretat ħażin minn terzi li għandhom ideoloġiji jxaqilbu lejn il-lemin jew ix-xellug tagħna, aħna konvinti mill-affermazzjoni tagħna li hemm affarijiet ferm skaduti fl-istat Malti.

Għaldaqstant inħeġġu lil:

  1. President tar-Repubblika sabiex toffri kull għajuna siewja sabiex tiġi mplementata riforma Kostituzzjonali ta’ vera, ħalli nerġgħu nibnu dan l-istat minn isfel għal fuq b’istituzzjonijiet demokratiċi indipendenti u b’saħħithom kapaċi jassiguraw l-istat ta’dritt u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem;
  2. Membri tal-Gvern u l-Membri Parlamentari sabiex jimpenjaw ruħhom għall-governanza mibnija fuq it-trasparenza, l-inklussività u r-responsabbiltà;
  3. Individwi u kommunitajiet sabiex jevitaw il-kompjaċenza u jippretendu aktar u aħjar minn kull Gvern u Parlament, jistennew mingħandhom l-aqwa kondotta nadifa u, fejn din tfalli, li jinsistu għar-riżenja u t-tneħħija immedjata.

aditus foundation is an independent, voluntary and non-profit organisation established with a view to monitor, act and report on access to fundamental human rights by individuals and groups. We believe in the universality, interdependence and indivisibility of all human rights and strive to promote their rights-based understanding & application.

Integra Foundation is a non-profit organisation based in Malta, operating independently of any political, economic or religious affiliation at a global level. The Foundation’s vision is that of supporting inclusive, non-discriminating and non-disabling societies, where all individuals have the right to human dignity, freedom, respect and social justice. Our mission is that of facilitating the space for marginalised individuals and groups to be listened to and to have an active and meaningful say in their lives and well-being on their own terms.

The Critical Institute is a non-profit organisation set up and run by academics and activist practitioners. It offers a democratic and interdisciplinary platform to debate, learn and collaborate on world class critical research, teaching and practice. We engage in practice that actively questions and confronts inequalities and oppression.